Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap 586) jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. L-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti jinkludi l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali Strateġija u Sapport, id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programmi, l-Uffiċċju tal-Uffiċjal Ewlieni għall-Informazzjoni, id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani, id-Dipartiment tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni, id-Dipartiment tal-Operazzjonijiet, id-Dipartiment tal-Migrazzjoni u l-Bordijiet u t-Tribunali tal-Ministeru1. L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti huwa mħejji biex ikun konformi bi sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stipulat f’tali leġislazzjoni tal-protezzjoni tad-data.

L-għanijiet għall-ġbir tad-data

L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti jiġbor u jipproċessa informazzjoni sabiex ikun jista’ jonora l-obbligi tiegħu skont il-leġislazzjoni preżenti. Id-data kollha tinġabar u tiġi pproċessata skont kif stabbilit fil-Leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 164), l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap 217), l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi (Kap 516), l-Att dwar il-Ħabs (Kap 260), l-Att dwar ir-Rifuġjati (Kap 420), l-Att dwar l-Armi (Kap 480), l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika flimkien mal-Leġislazzjoni Sussidjarja tagħhom sabiex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu li jamministra materji marbuta mas-sigurtà, l-intern, ir-riformi u l-ugwaljanza u jikkoordina kif meħtieġ bejn id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu.

Riċevituri tad-data

Informazzjoni personali tista’ tiġi aċċessata mill-uffiċjali li huma assenjati li jwettqu l-funzjonijiet tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. Id-data personali tista’ tingħata anki lill-partijiet terzi meta dan huwa permess bil-liġi.

Id-Drittijiet tiegħek

Inti għandek dritt tkun taf, bla ħlas, x’tip ta’ informazzjoni l- Uffiċju tas-Segretarju Permanenti qed iżomm u jipproċessa dwarek, u r-raġuni għala din qed tinżamm, min għandu aċċess għaliha, kif qed tinżamm u kif qed tiġi aġġornata, għal kemm żmien qed tinżamm, u x’qed jagħmel dan l-uffiċċju biex ikun konformi mal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Ir-Regolamenti Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jistabbilixxu proċedura formali li għandha tintuża f’każ li jsiru talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni mis-suġġetti tad-data. Kull suġġett tad-data għandu d-dritt li jaċċessa kull informazzjoni personali dwaru li tinżamm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, kemm dik miżmuma elettronikament kif ukoll manwalment. It-talbiet għal aċċess għal informazzjoni għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu lis-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Fondi Ewropej, Ugwaljanza, Riformi u Djalogu Soċjali. Mat-talba għandhom jiġu sottomessi d-dettalji ta’ identifikazzjoni, inkluż in-numru tal-karta tal-identità, l-isem u l-kunjom. F’każ ta’ diffikultà dwar l-identifikazzjoni tiegħek, tista’ tintalab tippreżenta dokument ta’ identifikazzjoni.

L- Uffiċju tas-Segretarju Permanenti jimmira li jipproċessa t-talbiet għal aċċess għall-informazzjoni fl-iqsar żmien possibbli u jiżgura li din tingħata fi żmien raġonevoli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar minn meta tasallu t-talba, sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għal aktar dewmien. Meta t-talba għall-aċċess ma tkunx tista’ tiġi pproċessata fi żmien raġonevoli, tingħata raġuni bil-miktub lis-suġġetti tad-data. Is-suġġetti tad-data jiġu infurmati f’każ li jkun hemm xi ksur tad-data personali tagħhom.

Is-suġġetti kollha tad-data għandhom id-dritt li jitolbu li l-informazzjoni dwarhom ma tintużax jew tiġi emendata f’każ li ma tkunx korretta. Is-suġġetti tad-data jistgħu jitolbu wkoll li d-data tagħhom tiġi mħassra.

Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu limitati, jekk japplika, skont il-Leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.

F’każ li ma tkunx sodisfatt bit-tweġiba li tingħata għat-talba għal aċċess, tista’ tirreferi l-ilment tiegħek lill-Kummissjoni għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li d-dettalji tiegħu jdhru iktar ‘l isfel.

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista jiġi kkuntattjat permezz tal-imejl:-:-[email protected]  jew permezz tat-telefon:- 2200 1025

Il-Kontrollur tad-Data

Tista’ tikkuntattja lis-Segretarju Permanenti fuq:

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Fondi Ewropej, Ugwaljanza, riformi u Djalogu Soċjali,
Tal-Pilar, 31B, Triq Marsamxett,
Valletta

Telefon: +356 2555 2110
Imejl: [email protected]

Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data

Tista’ tikkuntattja lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data fuq:

Level 2, Airways House,
High Street,
Sliema SLM 1549

Telefon: 2328 7100
Imejl: [email protected]

__________

1 1 Il-Bordijiet u t-Tribunali tal-Ministeru jinkludu l-Kumitat Akkademiku tal-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati, il-Kumitat għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni, il-Kumitat tal-Isplussivi, il-Kumitat għall-Medjazzjoni tat-Trasgressuri tal-Vittmi, il-Kunsill tal-Protezzjoni Ċivili, il-Bord tal-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati, il-Bord ta’ Monitoraġġ tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, il-Bord ta’ Monitoraġġ tas-Saħħa u s-Sigurtà għaż-Żamma tal-Ordni fil-Postijiet tad-Divertiment, il-Bord tal-Appell tal-Immigrazzjoni, il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti tal-Pulizija, il-Bord tal-Forzi Dixxiplinati għal min iweġġa’, il-Bord ta’ Monitoraġġ għall-Persuni Detenuti, il-Bord ta’ Assessjar tat-Trasgressuri, il-Bord tal-Parole, il-Bord tat-Tmexxija tar-Rijabilitazzjoni mill-Vizzju fil-Ħabs, il-Bord li Jagħti Pariri dwar il-leave fil-Ħabs, il-Bord tal-Liċenzji tas-Sigurtà Marittima Privata, il-Bord tal-Appell tar-Rifuġjati, il-Bord tar-Remissjoni, il-Grupp ta’ Monitoraġġ tat-Traffikar tan-Nies, il-Bord ta’ Trattament tat-Trasgressuri tas-Sess, il-Bord li jagħti Pariri dwar l-Armi, it-Tribunal tal-Appell tal-Liċenzji tal-Pulizija u t-Tribunal tal-Appell tal-Ħabs.

FacebookTwitter
riformi
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.